Search
Close this search box.

Iffirmat ftehim li ser isaħħaħ l-edukazzjoni turistika bejn Malta u l-Ġappun

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

Iffirmat ftehim li ser isaħħaħ l-edukazzjoni turistika bejn Malta u l-Ġappun

Ġie ffirmat ftehim li permezz tiegħu, l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (l-ITS) u l-Università Internazzjonali ta’ Kobe (KIU), li toriġina u topera mill-Ġappun, ser joffru kors fi grad ta’ Baċellerat fl-International Hospitality Management. ​

 

Dan il-ftehim jippermetti li studenti li huma interessati jidħlu għal dan il-programm ta’ studju, iqattgħu l-ewwel sentejn tiegħu jistudjaw fil-Ġappun u l-aħħar sentejn f’Malta. Il-kurrikulu tal-programm ġie mfassal b’mod metikoluż bil-għan li jintroduċi tagħlim avvanzat, xogħol ta’ korsijiet komprensiv u taħriġ prattiku.

 

Minister for Tourism and Public Cleanliness Clayton Bartolo presides over the signing of an agreement between the Institute of Tourism Studies (ITS) and the Kobe International University
Institute of Tourism Studies, Luqa

 

Dawn id-dettalji tħabbru waqt l-iffirmar tal-imsemmi ftehim ippresedut mill-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo u Chargé d’Affaires tal-Ambaxxata tal-Ġappun f’Malta Tadahiko Yamaguchi.

 

Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo laqa’ b​’sodisfazzjon dan il-ftehim li huwa ħolqa oħra f’kullana ta’ ftehimiet li permezz tagħhom l-Istitut għall-Istudji Turistiċi qiegħed jesporta l-edukazzjoni tiegħu madwar id-dinja.

 

“Aktar ma ntejbu l-livell ta’ korsijiet li toffri l-ITS, iżjed ser ikollna studenti li meta joħorġu mill-istess istituzzjoni jkunu ambaxxaturi denji tagħna fid-dinja tal-ospitalità,” irrimarka l-Ministru Clayton Bartolo.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *