Matul il-jum tal-Ħamis fil-Qorti Kriminali kompla l-każ ta’ qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Minix se nikkumenta dwar is-seduta. Xejn minn dan.
Però iva se nikkumenta u nistaqsi dwar dak li ġara fi tmiem is-seduta barra l-awla tal-Imħallef Edwina Grima.
Huwa minnu li membru tal-familja Caruana Galizia għajtet kemm tiflaħ “Mafia”?
Tista’ I-Imħallef Edwina Grima tinvestiga jekk dan hux minnu jew le?
Sinjura Mħallef, jekk dan huwa minnu, dan mhux disprezz tal-Qorti?
Jekk iva, se jittieħdu passi kontra l-persuna li wettqet disprezz?
Jew din speċjali għax kunjomha Caruana Galizia?