Tiftakaruha l-istorja tal-ex Deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri?
Mela ħalli nibdew biċċa biċċa.
Ftit tas-snin ilu kien hemm allegazzjonijiet dwar it-tabib Stephen Spiteri li minn naħa tiegħu kien għamel ċertifikati foloz.
Temmnu li t-tabib Spiteri qatt ma ġie investigat mill-pulizija?
Tridu aktar?
Temmnu li lil Stephen Spiteri ħadd ma ħadlu l-laptop jew il-mobile jew saritlu search id-dar bħal ma jsir ma ħaddieħor?
Ejja nagħmlu eżami tal-kuxjenza; jiġifieri għax Stephen Spiteri kien Deputat Nazzjonalista jista’ jagħmel li jrid?
Impunita’ assoluta ‼️
Din hi l-Impunita’ li aħna l-Laburisti rridu nibdew niġġieldu.
Għada inkomplu nitkellmu aktar dwar dan Stephen Spiteri.