Search
Close this search box.

Aktar konfermi dwar il-ħsieb tar-riżenja minn Ivan J. Bartolo

Neville Gafa

~ 3 months ago

Aktar konfermi dwar il-ħsieb tar-riżenja minn Ivan J. Bartolo

Il-bieraħ rajna kif Ivan J. Bartolo kien kostrett jiċħad dak li jien ktibt dwar il-ħsieb ta’ riżenja.

 

Intant, numru ta’ Membri Parlamentari Nazzjonalisti gidbu dak li ċaħad Bartolo u kkonfermaw li Ivan J. Bartolo ikkunsidra kemm -il darba jwarrabx. Dan ikompli jsaħħaħ dak li ktibt jien li Ivan J. Bartolo kien ħa jirriżenja miljun darba.

 

Qed issir pressjoni fuq Bartolo mill-Kap Nazzjonalista Bernard Grech kif ukoll xi Deputati Nazzjonalisti, ewlieni fosthom Mark Anthony Sammut sabiex jikkonvinċuh jibdel fhemtu.

 

Il-ħsieb ta’ Ivan J. Bartolo kien li jirreżenja wara l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Membri Parlamentari Nazzjonalisti sostnew li dan kellu l-ittra tar-riżenja lesta. Saret pressjoni kbira minn Bernard Grech u Mark Anthony Sammut biex Bartolo ma jwarrabx, u sabiex iħossu importanti u parti minn ta’ ġewwa, tawh f’idejh il-Pre Budget Document.

 

Iżda wara din il-pressjoni kollha hemm raġuni oħra. Ara ma taħsbux li dawn taħraqhom qalbhom għalih.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *