Search
Close this search box.

L-interess nazzjonali jesigi tindifa papali

Neville Gafa

~ 2 weeks ago

L-interess nazzjonali jesigi tindifa papali

 

Ma nistax ma nikkumentax dwar il-monument tal-Assedju l-Kbir quddiem il-qorti fil-Belt Valletta. Dan huwa monument tal-poplu Malti u mhux ta’ tużżana nies li jemmnu li huma l-magħżula minn Alla.

 

Meta se tieqaf din il-porkerija? Kemm se ndumu nittolleraw dan iż-żeblieħ fil-konfront ta’ dan il-monument?

 

Kemm se ndumu nittolleraw tużżana nies jimsħsu saqajhom fina?

 

Xi dritt divin għandhom jittrasformaw monument nazzjonali f’mintna?

 

Possibbli għandna Gvern li mhux kapaċi jżomm monument nazzjonali nadif mqarr 24 siegħa?

 

 

X’ jiġri jekk inqumu għada filgħodu u l-familja tal-mibki Raymond Caruana jiddeċiedu li jagħmlu l-istess?

 

X’ jiġri jekk għada filgħodu l-familja ta’ Karen Grech jiddeċiedu li jagħmlu l-istess ma monument nazzjonali ieħor?

 

Għaliex din l-Impunita’ Caruana Galizia?

 

Qumu minn hemm u ġibu rispett lill-bqija tal-poplu. L-interess nazzjonali jesigi tindifa papali. Nibdew mill-monument tal-Assedju l-Kbir.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *