Qed inġib għall-attenzjoni tagħkom artiklu miktub minn Mark Camilleri ppubblikat fit-15 ta’ Novembru 2023.
L-artiklu kien jittratta l-Kummissarju tal-Pulizija Anġlu Gafà.
Mark Camilleri allega li s-Sur Anġlu Gafà jgħatti u jipproteġi lill-Partit Laburista kif ukoll saħħaħ il-kriminalità organizzata.
Kiteb dan bħala t-titlu tal-artiklu kif ukoll irrepeta l-istess frażi fl-artiklu.
Nistaqsi lill-Korp tal-Pulizija;
Ġie mitkellem Mark Camilleri dwar dawn l-allegazzjonijiet fil-konfront tal-Kummissjoni tal-Pulizija?
Intalab Mark Camilleri jipprovdi evidenza sabiex jissostanzja dawn l-allegazzjonijiet?
X’passi ttieħdu kontra Mark Camilleri?
F’hiex waslet l-investigazzjoni?
Nistennew tweġibiet.