Search
Close this search box.

Repubblika tirrapreżenta inqas minn elf ruħ

Neville Gafa

~ 2 months ago

Repubblika tirrapreżenta inqas minn elf ruħ

 

Il-ġimgħa l-oħra ktibt dwar laqgħa speċjali ta’ Repubblika li nżammet il-Ġimgħa, 6 ta’ Settembru 2024.

 

Il-Professur Vicki Ann Cremona ġiet ikkonfermata bħala l-President ta’ Repubblika.

 

Mill-ewwel għorkuni għajnejja dwar din il-laqgħa għaliex l-istqarrija li ħarġu Repubblika kienet xotta daqs id-deżert.

 

Għaldaqstant b’rabta ma din il-laqgħa bagħat xi mistoqsijiet lill-Prof. Cremona.

 

Qed nippubblika il-komunikat li kelli mal-Prof. Cremona għall-informazzjoni tal-qarrejja. Dawn huma l-mistoqsijiet u tweġibiet;

 

Prof. Cremona,

 

Insellimlek u nispera li tinsab tajba. Jien Neville Gafà li qed niktiblek.

 

Nirreferi għall-laqgħa speċjali ta’ Repubblika li nżammet il-Ġimgħa, 6 ta’ Settembru 2024. Ippermettili nagħmel xi mistoqsijiet relatati;

 

Il-Media kienet mistiedna għall-laqgħa?

 Tweġiba – Le 

 

Tikkonferma li fil-laqgħa ġenerali ma kienx hemm attendenza ta’ iktar minn għaxar persuni?

 Tweġiba – Le 

 

Kemm membri qed tirrapreżenta  l-għaqda Repubblika?

Tweġiba – 943

 

Waqt il-laqgħa speċjali, il-membri preżenti ngħataw rendikont ta’ ħidma?

Tweġiba – Iva

 

Ingħataw rendikont finanzjarju?

 Tweġiba –  Le. Ir-rendikont finanzjarju jingħata kull sena fil-laqgħa annwali.

 

 

Issa għandna l-konferma li l-media ma kienitx mistiedna għall-laqgħa.

 

Interessanti l-fatt li fl-aħħar sirna nafu l-limitazzjonijiet tal-għaqda Repubblika. Dawn għandhom total ta’ 943 membri.  Aktarx każini tal-banda f’Malta u Għawdex għandhom ħafna aktar membri minn dawn li jriduha ta’ paladini tas-Saltna tad-Dritt.

 

Dan is-sit elettroniku rnexxielu jesponi l-limitazzjonijiet  tal-għaqda Repubblika. Fil-jiem li ġejjin se nkun qed nippubblika aktar tagħrif interessanti.

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *