Il-Ġimgħa waqt seduta tal-każ relatata mal-konċessjoni tat-tliet sptarijiet, telgħet tixhed Miroslava Milenovic, Accountant Forensika.
Meta mistoqsija dwar fiex inhi gradwata, wara ħafna dawrien mal-lewża qalet li gradwata fil-geophysics. (Geophysics is the study of the physics of the Earth and its environment in space.)
Dan kompletament m’għandu xejn x’jaqsam mal-finanzi u accounting u tenders.
Waqt ix-xhieda ħareġ li Milenovic għal xi żmien kienet taħdem mal-kumpanija Price Waterhouse Coopers. Wieħed irid jiftakar li minn xhieda fil-Qorti rriżultat li l-kumpanija PwC kienet tagħti servizz ta’ konsulenza lill-Vitals u iktar tard, lil Steward Health Care.
Meta mistoqsija minn Dr. Stefano Filletti u Dr. Joseph Mizzi dwar jekk tħossx li kellha kunflitt ta’ interess, Miroslava Milenovic l-ewwel wieġbet li ma kienitx taf, imbagħad ikorreġiet ruħha u wieġbet li l-Maġistrat kienet taf li kienet għamlet żmien taħdem ma PwC.
2 Comments
Why don’t you check her connections with Simon Busuttil and her reposting of Daphne’s articles?
You’re right