Id-delegati kkonfermaw il-messaġġ kontra l-magna ta’ Kastilja meta eleġġew lil John Grech bħala Segretarju Internazzjonali.
John jaħdem f’ministeru u ftit li xejn huwa magħruf. Kellu kontrih lil Georvin Bugeja li sieħbu dejjem jikteb kontra Joseph Muscat iżda li minn Kastilja ddeċidew li kellu jitneħħa mill-Forum Żgħażagħ Laburisti.
Wegħdu dan il-post fl-Amministrazzjoni. Ħadmulu minn Kastilja iżda d-delegati ħasbu mod ieħor.