Il-ġimgħa l-oħra rajna kif dan is-sit elettroniku rnexxielu jesponi l-limitazzjonijiet tal-għaqda Repubblika.
Dawn għandhom total ta’ 943 membri. Iva sewwa qed taqraw; f’sitt snin lanqas biss irnexxielhom jgħaqqdu l-elf membru.
L-għaqda Repubblika ġiet iffurmata fl-2019. Minn dakinhar ‘l quddiem, imbarkaw fuq kruċjata kontra l-Gvern Laburista u dawk kollha li jħaddnu t-twemmin Laburista.
Attakkaw saħansitra kull Kummissarju tal-Pulizija li okkupa din il-kariga minn kemm ilhom jeżistu. Attakkaw diversi Istituzzjonijiet u għajjruhom Mafia.
Għax dawn huma numru ta’ nies li jemmnu li għandhom is-setgħa jiddettaw kull Istituzzjoni dwar kif għandha tmexxi. Nies li jemmnu li huma aħjar minn kulħadd, u li l-interessi ‘demokratiċi’ tagħhom għandhom ikunu protetti akkost ta’ kollox, anke a skapitu tal-bqija tal-poplu.
FRATERNITÉ
Mela nhar il-Ġimgħa, 6 ta’ Settembru 2024, Repubblika żammew laqgħa speċjali skont l-istatut u li matulha il-Professur Vicki Ann Cremona ġiet ikkonfermata bħala l-President tal-għaqda.
Minn għadd ta’ mistoqsijiet li dan is-sit bagħat lil Repubblika ħareġ li l-Media lanqas biss kienet mistiedna għall-laqgħa.
L-uniku ritratt li ppubblikaw kien ritratt ta’ żewġ uffiċjali tal-għaqda jitkellmu waqt il-laqgħa. Issa ftakru, dawn huma il-‘kings’ tat-trasparenza.
Fl-artiklu li jmiss inkomplu nesponu l-limitazzjonijiet ta’ Repubblika.
1 Comment
The Real Person!
The Real Person!
Repubblika – a bunch of desperados