Search
Close this search box.

Abela jisħaq biex jitnaqqsu l-“abbużi” tal-libertà tal-espressjoni

Neville Gafa

~ 2 months ago

Abela jisħaq biex jitnaqqsu l-“abbużi” tal-libertà tal-espressjoni

Nieħu pjaċir nisma’ lill-Prim Ministru jtenni biex jitnaqqsu l-hekk imsejħa abbużi tal-libertà tal-espressjoni billi jiġu introdotti mill-ġdid l-libelli kriminali li jkunu jistgħu “jikkontrollaw klikka żgħira ħafna ta’ individwi li għandhom l-aġenda tal-ħażen warajhom”.

 

Huwa ta’ sodisfazzjon kbir għalija personali għall-fatt li kont jien li bdejt dawn is-sejħiet matul is-sajf li għadda.

 

Sa fl-aħħar l-appelli tiegħi qed jinstemgħu!

 

Sa fl-aħħar il-Prim Ministru qed jrrikonoxxi li bin-nuqqas ta’ azzjoni u bit-tkaxkir tas-saqajn wittejna art fertili għal terroriżmu psikologiku.

 

Għalkemm il-Prim Ministru ma semmiex ismijiet, ma tridx tkun mort l-Università biex tifhem li qed jirreferi għal blogs bħal ta’ Daphne Caruana Galizia, Manuel Delia, Mark Camilleri u kitbiet ta’ Kevin Cassar u l-boċċa li jużaw il-kitba biex ikissru n-nies.

 

Dawn huma individwi magħrufa li jipprattikaw terroriżmu psikologiku.

 

Illum permezz tal-internet, il-malafama ddur mad-dinja kollha. Tlett ġimgħat ilu ktibt li “dak li qabel konna nsejħulu tfiegħ ta’ tajn, illum is-sitwazzjoni tant iggravat li mhux darba jew tnejn wasslet persuni jneħħu ruħhom b’idejhom.”

 

 

L-istat Malti għandu jassigura li l-poplu jkun protett minn ġurnalisti li jridu jabbużaw. Ħafna minnhom huma serji pero’ bħal f’kollox issib min jabbuża.

 

Meta wieħed jikkunsidra l-ammont tal-libelli ma  jeċċedix il-11,646.87 Ewro, allura wieħed jasal fil-konklużjoni din mhux libertà tal-espressjoni iżda liġi tal-ġungla.

 

Nerġa nuri l-apprezzament lejn il-Prim Ministru.

Prim Ministru, naqbel miegħek għax jien qatt ma pruvajt inkisser lil ħadd, għalkemm lili ilhom snin jippruvaw ikissruni. Inħeġġek tagħmel dak kollu possibbli biex tiġi introdotta Daphne Law – liġi li toffri rimedji lil-vittmi tal-abbuż u l-malafama.

 

Għaliex qed insejħilha Daphne Law? Għaliex kienet hi li żergħet iż-żerriegħa tal-mibegħda. Kienet hi li bdiet din ix-xorta ta’ kitba mimli odju.

 

Nitlob l’Alla jaħfrilha u jagħtiha l glorja tal-Ġenna.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *