Search
Close this search box.

Ikkonfermat dak li esponejt dwar l-MEP Peter Agius

Neville Gafa

~ 2 months ago

Ikkonfermat dak li esponejt dwar l-MEP Peter Agius

 

Artiklu fuq Times of Malta jirrapporta l-MEP Peter Agius ġie mmultat għal ksur tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fi blokk appartamenti li għandu fil-Mosta.

 

Bħal ma tafu, f’Ġunju li għadda kont ktibt dwar ksur ta’ regolamenti tal-OHSA fl-imsemmija proprjetà.

 

Meta mitlub jagħti l-kummenti tiegħu, Peter Agius qal li wara diversi posts fuq il-midja soċjali minn Neville Gafa, ġie kkuntattjat mill-OHSA, u li minn naħa tiegħu pprovda evidenza li l-bini kien konformi mar-regolamenti kollha meħtieġa dwar is-saħħa u s-sigurtà.”

 

 

Però Peter Agius qal nofs verità. Dan għall-fatt li ftit jiem biss ‘il bogħod mill-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, kienet saret spezzjoni minn uffiċjali tal-OHSA fuq il-post.

 

Dan wara li kien l-istess Peter Agius li espona rregolaritajiet meta xandar filmat tal-binja fuq il-mezzi soċjali.

 

Marbut ma dan il-każ, dan  is-sit elettroniku ra evidenza li turi li ġimgħa qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, uffiċjali ogħlja fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru kien ingħadda lilhom tagħrif dwar dawn l-irregolaritajiet, iżda minn Kastilja raw li kollox jibqa’ mistur.

 

Dan biex kulħadd ikun jaf il-verità tal-fatti.

 

Iva ta’ Kastilja kienu strumentali sabiex jinħeba dan il-każ. Dan wassal sabiex il-Partit Laburista jitlef ir-Raba’ Siġġu u li ġie mirbuħ minn ħadd ħlief Peter Agius.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *