B’rabta ma dak li seħħ is-Sibt filgħaxija fil-Ħamrun, permezz tal-Onor. Darren Carabott, kelliem ewlieni għall-Intern, is-Sigurtà u r-Riformi, il-PN llum esprima solidarjetà u rringrazzja lil dawn l-uffiċjali tal-Pulizija tal-eżempju u s-servizz tagħhom.
Filwaqt li naqbel mal-ġest ta’ solidarjetà, xtaqt infakkar lil Onor. Carabott kemm il-PN huwa magħruf mal-vjolenza fil-konfront tal- Pulizija.
Mhux se mmur wisq lura fiż-żmien.
Nistaqsi lil Onor. Carabott;
Tiftakar meta ftit snin ilu ġew aggrediti uffiċjali tal-Pulizija minn partitarji Nazzjonalisti quddiem il-Parlament?
Filmat One News
Dakinhar il-Pulizija preżenti mhux jaqdu dmirijiethom kienu?
Saret kundanna mill-Partit Nazzjonalista dakinhar?
Ja qatta’ Fariżej.