Search
Close this search box.

Jibqa’ jwebbes rasu

Neville Gafa

~ 8 hours ago

Jibqa’ jwebbes rasu

Qrajt f’ The Times li l-Prim Ministru ma jridx jiltaqa’ mall-familja ta’ Nicolette Ghirxi li ġiet maqtula mill-ex sieħeb tagħha.

 

Jidher li ma tgħallimna xejn mill-fjask tal-każ Sofia.

 

 

Il-Prim Ministru issa jagħmel xi ġimgħa jirrifjuta li jiltaqa ‘sakemm jibda jiġi attakkat fil-Parlament u media.  Hemm jagħmel U-Turn u jiltaqa’.

 

Il-familja titlob għal inkjesta indipendenti u hu jgħid le.  L-Oppożizzjoni tippreżenta mozzjoni fil-Parlament u l-Prim Ministru jġiegħel lil kulħadd jivvota kontra.

 

Wara ssir protesta u l-Prim Ministru jagħmel U-Turn.

 

 

Jekk il-Prim Ministru determinat li jibqa’ jżomm il-pożizzjoni tiegħu f’ dan il-każ sew jagħmel anki jekk ma naqbilx mieghu.  Hu jaf aktar milli naf jien.

 

Li ma rridx nerġgħu niġu roundabout bħal każ Sofia u fil-każ jaqbad u jibdel il-pożizzjoni mhux joqgħod jaqa’ hu u jwaqqa’ lil Gvern u Partit għaċ-ċajt.

 

Il-Ministri u l-Membri Parlamentari għandhom id-dmir li jkellmuh internament u jgħidulu dawn l-affarijiet.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *