Search
Close this search box.

Malta Today u Corinthia

Neville Gafa

~ 6 days ago

Malta Today u Corinthia

Innutajt xi ħaġa interessanti.

 

Rajt artiklu tal-Malta Today dwar żvilupp li miktub b’ingwanti tal-ħarir. Saħansitra taħt it-titlu jagħtu verżjoni tal-iżviluppatur. Fl-artiklu hemm kwotazzjonijiet mill-iżviluppatur kemm se jirrispetta l-ambjent.

 

 

Nieħu pjaċir jekk din hija l-attitudni ġdida tal-Malta Today li jagħtu kulħadd jgħid tiegħu u mhux ipinġu lill-iżvilupp kollu fl-istess keffa.

 

Nittama li mhux mall-Corinthia biss se jagħmlu hekk.  Ma rridx naħseb li kieku per eżempju kien Joe Portelli, li m’għandi xejn minnu, dawn kienu jgħidu li żvilupp mostruż u ma jagħtux każ x’jgħid.  Għax imbagħad ikolli x’nitħasseb għaliex isir hekk.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *