Illum One News ikkonfermaw li jinsabu mhux f’koma, iżda AGUNIJA.
Mela llum id-Deputat Prime Ministru Ian Borg kellu laqgħa mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu, Sergey Lavrov.
Barra li kien qed jirrappreżenta lill-Malta, Ian Borg kien qiegħed jirrappreżenta wkoll lil OSCE bil-kappell ta’ ‘Chairperson-in-Office’.
Minn hawn nuri l-apprezzament lejn il-ħidma kbira li qed iwettaq Ian Borg. Ian reġà poġġa l-Malta fuq il-mappa tad-dinja. Huwa l-għira ta’ ħafna.
Għal min ma jafx min hu, Sergey Lavrov huwa l-aktar Ministru tal-Affarijiet Barranin li ilu jservi f’din il-kariga fid-dinja.
Apparti minn hekk, Lavrov huwa ġgant tal-politika barranija u ninsab persważ li ħafna mexxejja dinjin joħolmu li xi darba jkollhom il-privileġġ li jpoġġu madwar mejda miegħu.
Iżda Imbierka s-sappienza t’Alla, għal tas-Super One qisu xejn m’hu xejn.
Tridu tkunu tafu aktar?
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Russu ħareġ din l-aħbar bi prominenza kbira. Tgħiduli x’wasslek għal din il-konklużjoni?
Il-fatt li matul il-jum kien hemm laqgħa bejn il-Ministri tal-Affarijiet Barranin Russu u dak Ċiniż, u fl-istess jum il-Ministeru u l-Media Russa jagħtu prominenza l-laqgħa li kellhom mad-Deputat Prim Ministru Malti turi kemm għar-Russi din kienet laqgħa ta’ valur.
Għaliex kull meta żewġ delegazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi jiltaqgħu, jingħataw premura kbira u li kważi ma jiġi rrappurtat xejn għajr dak l-avveniment. Kull min isegwi l-politika Russa jaf x’jien ngħid.
Mela tajjeb ukoll eh❓Pajjiż li aħna l-Maltin għalaqna kull aċċess għal media tagħhom, jagħtuna prominenza ta’ ħames stillel.
Prosit Sur Prim Ministru, x’waħda ħammartilna wiċċna llum. Basta servili tal-Unjoni Ewropea li lanqas biss tikkalkulana. Imbghad ir-Russja li tant tagħtiha bis-sieq u tosserva viżibilju ta’ sanzjonijiet kontriha u saħansitra tifga leħinha, jagħtu prominenza lill-pajjiż immexxi minnek.
Iżda ejja mmorru lura għal ONE News.
Erbgħa u għoxrin siegħa wara għadhom ma tellgħux l-aħbar. M’għandi l-ebda dubju li ma kienux jafu x’qed jiġri.
Il-Partit Laburista jeħtieġ jaġixxi minnufih. Ma nistgħux mmorru għall-elezzjoni ġenerali bil-media tal-Partit f’agunija.
Hemm bżonn bidla radikali fil-ONE. Il-ħuta minn rasha tinten. Ftakru li fil-partit għandna nies ta’ kapaċità kbira. Ftit ġimgħat ilu semmejt żewġ persuni li huma pilastri fil-media; Jason Micallef u Jean-Claude Micallef.
Minn hawn nerġa’ nħeġġeġ lill-Partit jikkunsidra lil Jason u lil Jean-Claude.
Aġixxu minnufih. Tibqgħux suppervi. Tibqgħux teħlu r-riżorsi tad-deheb li għandna. Ftakru li ftit xhur oħra se nkunu waqt kampanja elettorali‼️
2 Comments
Naqbel mieghek mija fil-mija. Li Jason Micallef tnehha mill-One kien sagrilegg u ma jinhafer qatt.
Int il-vuci wahda tar -raguni Sur Gafa..hawn Malta tlifniha ghal kollox