Search
Close this search box.

Tonio Borg u r-Riforma fil-Ġustizzja u Riforma Kostituzzjonali (2)

Neville Gafa

~ 2 months ago

Tonio Borg u r-Riforma fil-Ġustizzja u Riforma Kostituzzjonali (2)

Il-bieraħ ktibt dwar aħbar li ħarġet fuq Net News li kienet tirrigwarda l-Eks Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Tonio Borg.

 

Dan minn naħa tiegħu ppreżenta kopja tal-ktieb “The Constitution at Sixty” lill-Professur Augusto Barbera, il-President tal-Qorti Kostituzzjonali Taljana.

 

 

Meta nisma’ u naqra dawn l-stejjer nibqa’ mistgħaġeb b’kemm ċertu esponenti tal-PN ma jafux jistħu.

 

Sinuri, ftakru li għal snin twal, Dr. Tonio Borg serva ta’ Ministru għall-Ġustizzja kif ukoll Ministru għall-Intern.

 

X’għamel Tonio Borg meta kien jokkupa dawn il-karigi?

 

Mhux talli ma għamel xejn li ma għamilx xi predeċessur tiegħu, talli għandu ċ-ċinturin f’idejh għall-istat diżastruż li fih ħalla l-Ġustizzja u l-Intern.

 

Missu jekk hu raġel ta’ unur, jew jinħeba’ jew inkella jaqbad jikteb ktieb oħxon bir-riformi li m’għamilx. Nassigurakom li għaxar volumi jimla’‼️

 

Dr. Tonio Borg, kont nagħmlek aktar ġenwin. Ikteb ktieb dwar ir-riformi li ċaħħadt lil pajjiż għal snin sħaħ.

 

Int għandek titlob apoloġija pubblika għal dawk is-snin twal li ħlejt a skapitu tal-Ġustizzja u l-Kostituzzjoni.

 

Dan sabiex il-poplu ma jinsiex…

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *