Prof. Cassola,
Ara ma taħsibx li nsejtek.
‘I am a voice for people who are afraid’
Arnold Cassola, hekk sostnejt int fi Frar tal-2022.
Mela erba’ ġimgħat ilu ktibtlek dwar l-aħħar ħnizrija ta’ Roberta Metsola wara li ħatret lir-raġel ta’ oħtha Matthew Tabone bħala l-Kap tal-uffiċċju tagħha. Kariga li ġġib magħha salarju ta’ 20,000 Ewro fix-xahar.
Xi ġralek Cassola? Waqajt fil-muta?
Dan mhux nepotiżmu sfrenat Cassola?
Dawn mhux ħnizrijiet?
Mela m’għadekx il-vuċi ta’ min jibza’?
Kif kont taġixxi kieku tali deċiżjoni ttieħdet minn persuna Laburista?
Ippreparajtu l-ilment għal quddiem il-Kumitat għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, jew għadek qed tlaħħmu? Ja FALZ.
Ibda wieġeb għax fadalli x’ nistaqsik.
1 Comment
The Real Person!
The Real Person!
Aghtti cans miskien ghax ghadu bil vaganzi tas Sajf is Sur kazzola