Search
Close this search box.

Il-kampanja edukattiva Xummiemu żżid sostanzjalment in-numru ta’ nies li qed jieħdu sehem attiv biex iżommu pajjiżna nadif

Neville Gafa

~ 2 months ago

Il-kampanja edukattiva Xummiemu żżid sostanzjalment in-numru ta’ nies li qed jieħdu sehem attiv biex iżommu pajjiżna nadif

Minn meta tnediet il-kampanja edukattiva ta’ Xummiemu kien hemm żieda sostanzjali fl-ammont ta’ downloads tal-Clean and Upkeep app u n-numru ta’ rapporti li daħlu għand id-Dipartiment tat-Tindif u l-Manutenzjoni. Dan hekk kif l-ammont ta’ persuni li niżżlu l-app fix-xahar ta’ Awwissu – l-ewwel xahar tal-kampanja – kien akbar mill-ammont totali ta’ downloads fl-ewwel seba’ xhur tas-sena kollettivament.

 

Din l-informazzjoni ngħatat mis-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika Glenn Bedingfield u d-Direttur Ġenerali ta’ Clean Malta Ramon Deguara f’Delimara fejn il-ħaddiema tad-Diviżjoni intervjenew wara wieħed mir-rapporti li daħal permezz tal-app Clean and Upkeep.

 

 

L-app hija mmirata biex tgħin lin-nies jirrapportaw fejn ikun meħtieġ intervent mid-Diviżjoni għaliex jifhmu l-importanza ta’ pajjiż nadif filwaqt li tinkoraġġixxi lill-pubbliku biex jieħu azzjoni diretta billi jirrapporta rimi illegali. 

 

Ġie spjegat li  kien hemm żieda ta’ kważi 80% fin-numru ta’ rapporti lid-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni meta kkumparat mal-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena. Il-maġġoranza ta’ dawn ir-rapport daħlu permezz tal-app, 28% tar-rapporti daħlu permezz tal-linja 1718 u kważi 13% permezz ta’ email.

 

 

Dan ifisser li aktar nies qed jieħdu inizjattiva biex jinfurmaw lill-awtoritajiet dwar problemi bħall-ħmieġ fit-toroq, rimi illegali, u manutenzjoni f’żoni ta’ rikreazzjoni.

 

Barra minn hekk, il-kampanja wasslet biex minn Awwissu sal-ewwel nofs ta’ Settembru, ikun hemm 1,550 download tal-app uffiċjali tad-Dipartiment, żieda ta’ aktar minn 250% fuq l-ewwel seba’ xhur tas-sena.

 

Mill-bidu ta’ din is-sena sa’ nofs Settembru daħlu total ta’ 13,609 rapport li minnhom issolvew aktar minn 93% bil-maġġoranza tagħhom ikunu indirizzati f’temp ta’ ftit sigħat minn meta d-Dipartiment jirċievi r-rapport. 

 

 

“Din il-kampanja wriet b’mod ċar kemm il-poplu Malti u Għawdxi huwa konxju tal-importanza ta’ pajjiż nadif. Dawn in-numri ma humiex biss riżultat tal-isforzi tal-gvern, iżda tal-kollaborazzjoni tal-poplu stess. Meta naħdmu flimkien, ikollna riżultati pożittivi.

 

Bħal ma dejjem sostnejt, l-indafa pubblika mhix biss responsabbiltà tad-dipartiment, iżda ta’ kulħadd. Inħeġġeġ aktar nies jużaw din l-app għaliex biex inżommu pajjiżna nadif jeħtieġ l-isforz ta’ kulħadd,” sostna s-Segretarju Parlamentari Glenn Bedingfield.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *