Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri żar il-ħaddiema tal-kumpanija Centrecom fejn hemmhekk kellu ċ-ċans li jitkellem magħhom u mal-management.
Din il-kumpanija hija waħda li toffri servizzi lil bosta aġenziji tal-gvern fosthom anke lil servizz.gov u l-linja 153, u entitajiet bħal JobsPlus, fejn il-ħaddiema tal-kumpanija jassistu lil kull min ikollu bżonn xi servizzi mingħand dawn l-aġenziji u entitajiet.
Il-Ministru Camilleri radd ħajr lil dawn il-ħaddiema li jgħinu tant nies li jkollhom bżonn servizzi siewja fl-oqsma tax-xogħol u setturi oħrajn.
Il-Ministru kien akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti Joyce Dimech u mill-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Robert Spiteri.