Il-Ħamis kompliet il-kawża dwar il-konċessjoni tal-isptarijiet.
Tal-meravilja kif il-mainstream media ma rrapurtawx s-seduta.
Fejn huma Newsbook, Lovin Malta, Malta Today u dawk il-mejtin ta’ ONE News?
F’seduta fejn ħarġu oxxenitajiet skandalużi dwar l-imġieba ta’ espert ewlieni fl-inkjesta.
Espert iffukat kif se jdawwar lira.
U billi anke juża informazzjoni jew esperjenza li jkun kiseb minn varji inkjesti.
Is-skiet fil-mainstream media huwa xokkanti daqs x-xhieda ta’ “Uncle Sam” Sittlington.
L-ewwel ikkundannaw l-akkużati qabel beda jinstema’ l-każ, u issa li qed joħorġu l-fatti l-mainstream media sparixxew.
Se nagħmilha ċara. Qed nistenna mhux biss rappurtaġġ tas-seduta, iżda editorjali.
Dan is-sit elettroniku se jkun qed jassigura li dawk il-fatti li qed joħorġu f’kull seduta, jasal għand il-poplu.
1 Comment
Meta se taghmel programmi fuq xi stazzjon televiziv lokali?