Search
Close this search box.

The Shift “jaħrabilhom” Dettal Kardinali

Neville Gafa

~ 1 week ago

The Shift “jaħrabilhom” Dettal Kardinali

The Shift irrapportaw kif Ms.Isabel dos Santos, biljunarja mill-Angola u li bħalissa qed tiġi akkużata bil-ħasil tal-flus minn għadd ta’ kumpaniji f’Malta, tilfet l-appell sabiex twaqqaf ordni ta’ ffriżar ta’ £580 miljun mill-assi tagħha bħala parti minn kawża fl-Ogħla Qorti ta’ Londra.

 

 

Isabel dos Santos, li tiġi bint l-eks President Jose Eduardo dos Santos tinsab għaddejja proċeduri kriminali dwar frodi ta’ $219 miljun a skapitu tal-Istat.

 

Iżda waqt li The Shift taw profil intensiv dwar ħajjet dos Santos, dlonk ħarbilhom dettal importanti mmens.

 

Għaliex qed ngħid dan?

 

Għaliex Imbierka is-Sapienza t’Alla, The Shift imkien fl-artiklu ma jsemmu li l-Avukati u l-Corporate Service Providers tas-Sinjura dos Santos f’Malta huma Ganado Advocates.

 

Isabel dos Santos

 

Mhux is-soltu li Ms. Caroline Muscat jaħarbulha ċertu dettalji bħal dan. Caroline Muscat magħrufa għal kif tidħol fid-dettall tal-każ. Però jidher li din id-darba ma kienitx biżżejjed attenta. Għaliex ma rridx nibda nemmen li għamlet hekk bil-għan li taħbi lil ta’ Ganado!

 

Le ta, qed nibda niddubita.

 

Jaqaw għax Ganado Advocates?

 

Ghalfejn The Shift, li tant iħobbu jiktbu fuq in nies ma jgħidulniex min hi dik il-kumpanija Maltija li tipprovdi s-servizzi tagħha lil Isabel dos Santos?

 

Kif kienu jaġixxu The Shift u Caroline Muscat kieku l-kumpanija Maltija li tipprovdi s-servizzi tagħha lil Isabel dos Santos kienet xi kumpanija qrib il-Partit Laburista?

 

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *