Nirreferi għall-Istqarrija maħruġa mill-Partit Laburista dwar il-gidba ta’ Peter Agius, Membru Parlamentari Ewropew.
Nibqa’ skantat u fl-istess waqt irrabjat għar-reazzjoni ratba tal-Partit Laburista.
Waħda
L-ewwel nett lanqas biss kellhom il-kuraġġ jirreferu għal dan kollu bħala GIDBA. Għażlu li jirreferu għaliha bħala “allegazzjonijiet infondati”. Wara iddeskrivewha bħala gidba.
Tnejn
Kont nistenna li tintalab ir-riżenja ta’ Peter Agius b’mod immedjat.
Iżda LE. Għall-Partit Laburista biżżejjed li Peter Agius jagħmel apoloġija pubblika.
Imisskom tistħu‼️
Mela tajjeb. Isimgħu din ħuti Laburisti.
Jekk jiżbalja Nazzjonalist, il-Labour jitlob apoloġija.
Jekk jiżbalja Laburist, il-PN jitlob inkjesta maġisterjali u qorti bil-pulizija.
Se nerġa ntenni dak li ktibt il-bieraħ filgħaxija.
Peter Agius Għandu Jirreżenja.
Għandu jirreżenja fuq tlett episodji;
1.Għamel rapport falz fil-konfront tas-Sur Kurt Buhagiar
2. Instab ħati ta’ ksur tar-regolamenti OHSA
3. Dwar ir-rapport pendenti li għamillu Alex Agius Saliba
Dan is-sit se jkun qed jidħol f’aktar dettalji dwar din l-aħbar fejn l-uffiċċju Ewropew għal kontra l-frodi, l-OLAF, ma sab l-ebda evidenza ta’ frodi jew irregolaritajiet fil-konfront ta’ żviluppatur Kurt Buhagiar.