Sur Ellul jidher li ma sibtx ħin tirrispondi l-mistoqsija li għamiltlek dalgħodu. Mur ġib kellek l-isfidi li kellhom ta’ qablek.
Mela ħa nistaqsik oħra forsi tirrispondina din.
Il-lealtà tiegħek fejn qiegħda? Lejn Infrastructure Malta jew lejn employer li kellek qabel ma ddeċidejt li tidħol fil-politika?
U kif qed insemmu dan l-employer, x’inhi r-relazzjoni tiegħek miegħu llum?
Nkomplu nistennew peress li llum weekend, forsi tirrispondini sa għada. Jekk le nkomplu ninfurmaw pubbliku minn hu Steve Ellul u l-interessi tieghu.
Infakkrukom Steve Ellul huwa l-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta. L-Aġenzija taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru Chris Bonett.