Search
Close this search box.

Tkompli l-Ipokrezija tal-Partit Laburista fejn jidħol Peter Agius

Neville Gafa

~ 3 days ago

Tkompli l-Ipokrezija tal-Partit Laburista fejn jidħol Peter Agius

One News jirrapporta kif Kandidata Nazzjonalista kienet indikat li Peter Agius għandu jagħmel apoloġija wara li issa ħareġ ta’ giddieb mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi, l-OLAF. 

 

https://one.com.mt/kandidata-tal-pn-tghid-li-peter-agius-kellu-jaghmel-apologija-wara-l-hafna-teatrini-tieghu/

 

Infakkrukom fi stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista tisħaq li l-Kap Nazzjonalista Bernard Grech għandu jġiegħel lil Peter Agius  jagħmel apoloġija dovuta.

 

Dan huwa attentat iddisprat ta’ ONE News u l-Partit Laburista biex jgħattu xturhom. 

 

IPOKREZIJA GRASSA‼️

 

Infakkar li kien dan is-sit li eżatt wara l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew żvela li Peter Agius kien protett mill-Partit Laburista kif ukoll direttament minn Kastilja.

 

Dan wara li kemm il-PL kif ukoll l-Uffiċċju tal-Prim Ministru għattew evidenza li kellhom f’idejhom relatat ma ksur ta’ regolamenti OHSA mill-istess Peter Agius.

 

Dan is-sit elettroniku ra dokumentazzjoni li turi l-evidenza kienet a dispożizzjoni tagħhom eżatt ġimgħa qabel jum il-votazzjoni. Il-Partit Laburista irċieva dan it-tagħrif eżattament waqt li kienet għaddejja l-attività ta’ Ġbir ta’ Fondi u fl-istess jum kienet għand l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. 

 

Dan il-ħabi’ wassal biex il-Partit Laburista jitlef ir-Raba’ Siġġu u li ironikament rebbħu Peter Agius.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *