Sal-elezzjoni tal-2022, Robert Abela kien sejjer tajjeb bis-saħħa tal-Covid.
Xogħlu kien biss li jonfoq il-flus li sab biex kulħadd jibqa’ komdu fi żmien il-pandemija.
Fiha l-għerf ukoll!
Dak kien żmien meta Charmaine Gauci kienet qisha l-oraklu b’ kulħadd isegwiha filwaqt li llum lanqas niftakru min hi.
Kieku kellu jkun Charles Ġuda li jqassam il-flus anki hu kien isir popolari aħseb u ara avukat b’ ilsien taz-zokkor bħal Robert Abela.
Wara l-elezzjoni bla pandemija l-poplu ra x’ veru jsarraf Robert Abela. Hemm bdew il-veru problemi.
Issa ngħidilkom għaliex qed ngħid dan kollu.