Dan s-sit jista’ jhabbar b’mod esklussiv Il-Maġistrat Monica Vella li bħalissa qegħdha f’nofs vicenda skandaluża u dabbret ċanfira mingħand l-Imħallef Wenzu Mintoff u ċanfira oħra dalgħodu mingħand il-Ministru tal-Ġustizzja diga’ għandha proċeduri koroh fuq każ simili quddiem l-Bord tad-Dixxiplina tal-Ġudikatura.
Dan il-Bord għandu saħħa jkeċċi maġistrat.
Dan juri li dan ma kienx żball ta’ darba.
Dan is-sit huwa infurmat ukoll li xi membri tal-Kamra tal-Avukati kienu qed jiġbru l-ilmenti biex jitolbu li titkeċċa minn maġistrat.
Qed ġġib fix-xejn l-isforzi li qed jagħmel il-Gvern biex isaħħaħ il-qrati.
Jekk ma titlaqx minn jeddha għandha titkeċċa u għandha tieqaf tisma’ l-kawżi minnufih.
1 Comment
Neville, il magistrati u l imhallfin jekk jaghmlu x ahaga hazina ez bhal din vella kontra JM m hemmx xi tip ta kumitat li tista titwaqqaf min imhallef jew magistrat? Ghax jekk hemm ma jahdimx .