Il-bierah erġajt eżercitajt il-liberta tal-espressjoni fuq l-monument tal-Assedju l-Kbir bi placards li juru min kienet verament Daphne Caruana Galizia.
U dan se nkompli nagħmlu sakemm il-monument jerga’ jsir dak li suppost hu; il-monument tal-Assedju l-Kbir.
Il-bierah erġajt urejt kif is-sentenza tal-Imħallef Joe Zammit McKeon hi ridikola għax jekk ta’ Daphne jistgħu jagħmlu l-monument tagħhom l-istess nista’ naghmel jien u kulħadd.
B’dak li se nkompli nagħmel se nkompli nuri kemm dik kienet sentenza RIDIKOLA minn imħallef li jħobb jidher u jimbotta lilu nnifsu però ma jiswiex karlin.
Inħeġġeġ lil kull min iħoss li għandu jeżerċita dritt tal-espressjoni biex jagħmel bħali sakemm il-klikka ta’ Daphne ma jerħux idejhom minn fuq il-monument.
Kif jieqfu huma nieqfu aħna.
Sadanittant inħeġġeġ lil MEPs Laburisti jqajmu dan is-suġġett fil-Parlament Ewropew sabiex naraw jekk hawnx xi monument storiku ieħor fl-Ewropa kollha li nħataf minn xi tużżana nies.
Infurmawh lil Parlament Ewropew kemm huma tosti u ma jistgħux dawn n-nies?
Hands off il-monument tal-Assedju. Is-sentenza ridikola ta’ Zammit McKeon ma ġġib xejn ħlief tgerfix.