Klikka ta’ Daphne, kollha bqajtu iċċassati. Mossa tant semplici li ħadd fil-Labour ma ġietu f’mohhu.
Ħadd minn dawk li maqdret, żebilhet u għajret ma ġietu f’mohhu. Ħadd minn dawk li kissret u farrket ma ħasibha.
Ħadd ma ġieħ f’moħħu li l-monument tal-Assedju qed jittieħed inġustament a skapitu tal-Maltin kollha u li b’mossa sempliċi nistgħu nuru kemm kienet ridikola s-sentenza tal-Imħallef Joe Zammit McKeon.
Ħadd ma ġieħ f’moħħu li jekk l-libertà tal-espressjoni tapplika għal klikka ta’ Daphne tapplika għalija, għalikom u għal kulħadd inkluż l-eluf kbar li kasbret u maqdret.
Daphne Caruana Galizia żebilhet ġens sħiħ ħlief dawk tal-klikka tal-establishment tal-PN.
Dawk biss verġni. Il-bqija kulħadd midneb.
Intom li Daphne ħaqritkom, sawtitkom u weġġgħetkom ngħaqdu miegħi f’din l-kampanja biex nagħtu l-monument tal-Assedju lura lil Maltin kollha u nieħduh minn idejn tal-‘holier than thou’.
Napprezza l-appoġġ u l-għajnuna tagħkom.
Li qed nagħmel mhux għalija idea għalikom u għal Malta aħjar.
Lil ta Daphne bellaħtkom, iċċassaw, baqgħu bla klem imma intom nies ta’ rieda tajba ejjew naħdmu flimkien sabiex l-monument jerġa’ jsir tagħna lkoll.