Trid tkun vera mazzun mill-kbar biex tibla l-lixka tal-familja ta’ Daphne.
Robert Abela,
Minflok issawwat lil Laburisti biex tpaxxi lill-klikka ta’ Daphne, messek tistaqsihom quddiem il-pajjiż kollu jekk dik iċ-ċifra ta’ ħames miljun ewro hijiex ibbażata fuq l-ammonti żgħar li ddikjarat ma tat-taxxa wara li nqabdet tevadi, jew jekk hijiex fuq l-ammonti minfuħa li ddikjara żewġha Peter fil-Qorti.
Jekk l-ammonti ma jaqblux, allura għandek trabbi l-kuraġġ u tistaqsi lill-familja ta’ Daphne hemmx dikjarazzjonijiet foloz minn naħa tagħhom.
Sadanittant, għandek tinforma lill-poplu li Daphne Caruana Galizia kienet tmur id-dipartiment tat-taxxa kull ġimgħa‼️
Robert Abela, meta se tieqaf tgħaġġel u ddaħal il-pajjiż kull darba ġol-ħajt?