Ministru Chris Bonett,
Prosit hej. Ta’ raġel ħriġt mal-poplu dalgħodu. Possibbli ma taqrax il-kummenti tan-nies?
Hawn mhux dan is-sit biss qed jgħidlek biex ixxammar imma anki iċ-ċittadini fuq il-meżżi soċjali.
Min jaf kemm se jieħu pjaċir il-Prim Ministru meta jaqra dawn il-kummenti.
Sirt farsa f’Malta kif ħadt kariga uffiċċjali tal-Gvern. Nispera li mhux fi ħsiebek tkompli timbarazza lill-Gvern u l-kollegi Ministri.
Issa immaġinak President tal-MFA u tirrapreżentana barra minn xtutna kif kont tispiċċa, farsa dinjija.