Manuel Delia,
Sur puppatur tar-Rule of Law,
Ġimgħa ilu staqsejtek diversi mistoqsijiet. Fosthom jekk kellekx u kemm kellek qliegħ minn attivitajiet konnessi ma Daphne Caruana Galizia.
Ilum għandi mistoqsija sempliċi għalik.
Huwa minnu li meta Adrian Delia kien jgħajjar lil idolu tiegħek Daphne Caruana Galizia, biċċa Blogger, int kont tiktiblu l-artikli mingħajr ħadd ma kien jaf?
Din veru Delia? Din qalha Pierre Portelli taħt ġurament.
Jiġifieri sadanittant int taqla’ jew qlajt flus minn kotba u kampanji relatati ma Daphne Caruana Galizia?
Daphne kienet taf? Familtha kienu jafu li int kont tikteb l-artikli għal Dr. Adrian Delia?
Qatt tajthom spjegazzjoni ta’ dan?
Għal lum nieqaf hawn.