Search
Close this search box.

Esklussuva : Xokkanti : L-istorja ta’ Daphne għadha se tibda tinkiteb. It-tieni telefonata mill-Pulizija tal-Mosta

Neville Gafa

~ 6 days ago

Esklussuva : Xokkanti : L-istorja ta’ Daphne għadha se tibda tinkiteb. It-tieni telefonata mill-Pulizija tal-Mosta

Dak li qed jiżvela dan is-sit b’mod esklussiv qatt ma ġie ppublikat qabel u juri kemm għad baqa’ x’ joħroġ dwar Daphne Caruana Galizia.

 

Dak li se niżvela f’dan il-blog huwa l-iktar xokkanti sa issa. Dan se jiġi mibgħut lil MEPs kollha u lil ġurnali bħal New York Times.

 

Fit-8 ta Diċembru 2009 fis-1:00pm  Daphne feriet lil żewġha Peter f’moħħu b’daqqa ta’ plattina tal-ħġieġ. Jista’ jkun li kienet kikkra. Però żgur tal-ħġieġ.

 

Għal-ħabta tal-5:00pm Peter mar l-Ghassa tal-Mosta jagħmel rapport lil Pulizija.

 

Il-pulizija ċemplu lil Daphne però din qaltilhom “Ma nistax nemmen. Ħallina” u qatgħet il-linja.

 

Kieku jien jew intom nagħmlu hekk niġu arrestati minnufih. Imma Daphne kienet tgawdi minn impunita’ taħt GonziPN.

 

Wara lj qatgħet il-linja però minflok marru jarrestawha kif suppost għamlu anke biex jipproteġu lil żewġha, reġgħu ċemplulha t-tieni darba.

 

U hawnekk se taraw kif Daphne Caruana Galizia fi żmien GonziPN kienet tħossha ‘l fuq mil-liġi u b’impunita’ totali.

 

Meta reġgħu ċemplulha l-Pulizija għat-tieni darba wara li kienet sawtet lil żewġha, x’ taħsbu li qaltilhom lil Pulizija?

 

“Dak ir-raġel tiegħi. Il-Pulizija m’għandhomx x’jaqsmu u se naqta’ l-linja”

 

 

Affarijiet xokkanti. Affarijiet li juru kemm Daphne Caruana Galizia kienet taħseb li ħadd ma jista’ għaliha u li tista’ tibbulija lil kulħadd.

 

Affarijiet li juru kemm taħt GonziPN l-vittmi tal-vjolenza domestika ma kienux protetti.

 

Din mhux biss sawwtet lil żewġha iżda wkoll m’obdietx l-ordni tal-Pulizija darbtejn u stmathom daqs beżqa.

 

Ma ġietx arrestata fuq il-feriti fuq żewġha u lanqas meta injorat l-ordnijiet tal-Pulizija u qatgħetilhom il-linja f’wiċċhom.

 

Fuq dan kollu għad irid jinkiteb ktieb li jintbagħat lil MEPs kollha.

 

Din l-informazzjoni ġdida se tintbagħat lil Fondazione Falcone u lil President tar-Republika.

 

L-informazzjoni li qed niżvela b’mod esklussiv hija korretta u preċiża. Mhux se jagħmluli libell.

 

Iċċassaw. Tbellħu. Ma jafux x’se jagħmlu. Ħallejthom kollha bla kliem.

 

Baqa’ ħafna x’ joħroġ. Għalissa nieqaf hawn.

 

L-istorja ta’ Daphne għadha miftuħa beraħ u qed tibda tinkiteb issa.

 

Kull min jimxi wara l-kawża ta’ Daphne qed jinsulta lil vittmi tal-vjolenza domestika.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

2 Comments

  1. GINO DEGIORGIO November 9, 2024

    PROSIT NEVILLE GAFA , I SUGGEST THAT YOU AND MANUEL CUSCIERI JOIN FORCES TO FIGHT THE PN FAXXIZMU , HUNDREDS IF NOT THOUSANDS WILL BE BEHIND YOU . GOOD LUCK AND GOD BLESS

    Reply
  2. Prosit kompli ikxfilhom li qed jghattu. Issa xbajna mill-gideb u tfiegh ta tajn. Grazzi.

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *