Search
Close this search box.

Diskors li ma jagħmilx unur lil Kap tal-Istat

Neville Gafa

~ 4 days ago

Diskors li ma jagħmilx unur lil Kap tal-Istat

F’diskors mill-aktar l-partiġġjan fl-okkażjoni tal-inawgurarazzjoni tas-sede tal-Fondazione Falcone, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono tagħni x’nifhem li l-imsemmi diskors kien ippreparat b’ koordinazzjoni mal-għaqda Repubblika. Għaqda li dan is-sit elettroniku rnexxielu jikxef il-limitazzjonijiet tagħha. Għaqda iżgħar minn każin tal-banda tar-raħal.

 

Għaliex qed ngħid dan?

 

L-Eċċellenza Tagħha appellat sabiex tidħol fis-seħħ l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta Daphne Caruana Galizia.

 

Din id-dikjarazzjoni ilna xhur nisimgħu lil Repubblika jirrepetuha.

 

 

Eċċellenza se nistaqsik;

 

ma nagħmlux mod li sirt il-‘porta voce’ ta’ Repubblika hux?

 

Jew qed tħawwad ir-rwol tiegħek ta’ President tar-Repubblika ta’ Malta ma dak ta’ President ta’ Repubblika?

 

 

Mela ġaladarba qed tirrepeti dak li jgħidu sħabek ir-Repubblikani, ħa nindirizza lilek bħalma diġà għamilt lil għaqda Repubblika.

 

L-istat mhux responsabbli għal mewt ta’ Daphne‼️

 

Il-mewt ta’ Daphne Caruana Galizia setgħet tigi evitata kieku ma kienitx mara prużuntuża u li kienet taħseb li ħadd ma jista’ għaliha. Tant li rrifjutat li jkollha ‘fixed point’,  jiġifieri pulizija għassa mad-dar tagħha.

 

Sinjura President, dan kollu kitbitu Daphne stess. Li minkejja li l-Istat anke fi żmien il-PN kien joffrilha protezzjoni, hi li kienet taħseb li hi ta’ wara Alla, dik l-protezzjoni kienet tirrifjutaha. Saħansitra kasbret lill-Pulizija fejn f’kitba minnhom qalet li kelb aħjar minnhom.

 

Kieku kienet titlob protezzjoni u l-Istat irrifjuta, kieku iva l-istat kien ikollu xi responsabbiltà.

 

Iżda f’każ bħal dan fejn gvernijiet differenti offrewlha protezzjoni u kienet hi li rrifjutat, x responsabbiltà għandu l-Istat?

 

Responsabbiltà ta’ xejn.

 

Issa ħalli nagħtik xi pariri:

1. Għandek tibda billi taqra x-xhieda ta’ tlett Kummissarji tal-Pulizija li xehdu fl-inkjesta. Iva – 3 Kummissarji li servew taħt Gvernijiet differenti.

 

2. Qabel ma tirrepeti dak li jgħidulek tgħid, ara l-fatti x’inhuma.

 

Issa oqgħod pejjep.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. It is unacceptable for the Head of State to be the spokesperson of an NGO like Repubblika, which often expresses hostility towards Labour supporters. The President is supposed to represent everyone, and with this behavior, she risks alienating many who would otherwise respect her, as she is a good person.

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *