Search
Close this search box.

BREAKING NEWS: L-Esperta Serba Taħrab Milli Tixhed

Neville Gafa

~ 13 hours ago

BREAKING NEWS: L-Esperta Serba Taħrab Milli Tixhed

Meta il-bieraħ u llum kien imissha tixhed waqt kawżi oħra relatati mall-inkjesta tal-isptarijiet, l-Fake Expert Miroslava Milenovic għażlet li ma tweġibx.

 

Nibdew bil-bieraħ meta siegħa wara l-umiljazzjoni (kliemha mhux kliemna) li sofriet fil-Qorti fejn ġiet esposta lid-dinja bħala Fake Expert, is-Serba Miroslava Milenovic ħabbret li se tirtira u għax skont hi, hija marida.

 

Meta ssejħet biex tixhed f’ kawża oħra ftit ħin wara li kellha tammetti li la hija ggradwata fl-accounting u lanqas għandha warrant, Milenovic talbet li ma tixhidx.

 

Hija qalet li se tirtira u għandha kwistjoni ta’ saħħa.  Filgħodu meta bdiet tgħajjat fil-Qorti ma qalet li kellha xejn. Mhux magħruf biex mardet f’ dak il-ftit ħin.

 

Is-suppost esperta Serba qalet li lesta tixhed darba oħra iżda talbet li tagħmel dan online.

 

Dalgħodu kien hemm kawża oħra fejn kellha tixhed iżda spiċċat ma xehditx.

 

Din id-darba, il-Maġistrat ġiet infurmata li ġiet ippreżentata kwerela.  Il-Prosekuzzjoni talbet sospensjoni u wara infurmat lill-Magistrat li Milonevic ma kienitx se tixhed illum biex tirregola ruħha.

 

Jidher li kieku xehdet, il-Qorti kien ikollha tagħtiha il-caution, jiġifieri twissijja uffiċjali.

 

L-ewwel ħarbet ir-Russa.

 

Issa ħarbet is-Serba!

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *