Search
Close this search box.

Ishmael Psaila – Il-Ġustizzja issir abbażi tal-fatti u mhux spekulazzjonijiet

Neville Gafa

~ 7 hours ago

Ishmael Psaila – Il-Ġustizzja issir abbażi tal-fatti u mhux spekulazzjonijiet

L-Inkjesta Vitals swiet il-pajjiż mal-ħdax -il miljun ewro, mħallsin mit-taxxi tal-Poplu lil numru ta’ esperti, sabiex janalizzaw l-konċessjoni tal-Isptarijiet u fuq il-bażi tal-opinjonijiet tagħhom inħarġu l-akkużi fil-konfront ta’ Joseph Muscat u oħrajn.

 

Jumejn ilu, fl-aħħar seduta quddiem il-Qorti, wara numru ta’ mistoqsijiet, id-difiża ta’ Joseph Muscat elenkat ftit mill-ħafna fatti żbaljati f’ dan il-proċess, fosthom kif mhux minnu li l-esperta Miroslava Milenovic hija skont il-liġi ta’ Malta ‘Certified Accountant’ u ‘Forensic Accountant’.

 

Kienet hi stess li kkonfermat li la hija gradwata fl-accountancy u wisq anqas ma għandha warrant biex tipprattika bħala accountant. Irriżulta, f’din is-seduta, li din l-esperta fil-verita’ ma’ kellhiex il-kwalifiċi neċessarji sabiex tkun tista’ taqdi dmirijitha u tippreżenta dak ir-rapport ta’ ‘forensic accounting’ f’Malta.

 

Il-Maġistrat Inkwerenti ħatret lil din l-esperta bħala Accountant Forensiku. L-esperta dehrilha li hi ma kellix għalfejn tinforma lill-Maġistrat Inkwerenti li hi ma kinitx gradwata fl-accounts u li kull ma kienet għamlet fl-accounts kien kors ta’ ħames xhur.

 

F’ dan ir-rigward, id-difiża ta’ Joseph Muscat flimkien mal-avukati ta’ numru ta’ imputati ohra ippreżentaw kwerela, jigifieri rapport formali lill-Kummissarju tal-Pulizija, sabiex dan jinvestiga lill-Miroslava Milenovic, għall-diversi reati fosthom li operat bħala ‘forensic accountant’ f’Malta mingħajr jedd, li naqset milli tinforma lill-Awtoritajiet bin-nuqqas ta’ kompetenza tagħha, li għamlet dikjarazzjoniet foloz lill-entitajiet Pubbliċi, li ħadet ġurament falz u li rċeviet flejjes li ma kienetx intitolata għalihom, apparti akkużi oħrajn.

 

Fis-sistema legali tagħna u dik Ewropeja l-irwol tal-esperti fi proċeduri ġudizzjarji bħal dawn huwa importanti u dwaru anke l-Kunsill ta’ l-Ewropa ħareġ linji gwida. Dawn il-linji gwida jeżiġu li fil-qadi ta’ dmirijiethom l-esperti jkollhom l-ogħla livell ta’ expertise u kwalifiċi. Dan qed jgħidu l-Kunsill tal-Ewropa u mhux l-imputati.

 

B’hekk permezz ta’ din il-proċedura qegħdin naraw li l-proċess ikun wieħed trasparenti, u li l-ġustizzja issir abbażi tal-fatti u mhux spekulazzjonijiet.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *