Search
Close this search box.

Se ninforma l-Pulizija li nsterqu l-placards tiegħi u oħrajn ġew mħażża

Neville Gafa

~ 5 hours ago

Se ninforma l-Pulizija li nsterqu l-placards tiegħi u oħrajn ġew mħażża

Jekk il-klikka ta’ Daphne għandhom dritt jaħtfu l-monument u jpoggu l-placards bħala libertà ta’ espressjoni, jien għandi l-istess drittijiet u ħadd ma jwaqqafni. Qed nagħmel protesta paċifika biex nfakkar kif Daphne Caruana Galizia tfisser domestic violence, tax evasion u hate blogs.

 

 

Però jidher li dawn l-placards qed idejqu lil xi ħadd, aktarx lil klikka ta’ Daphne. Għalissa ma nistax ngħid min ħadhom jew min ħażżeż fuqhom u għalhekk se ninforma lill-Pulizja.

 

Tliet darbiet poġġejt placards u jinsterqu. Issa daqsekk.

 

Tiftakru kemm qajmu storbju meta ħadulhom tagħhom? Jien l-istess se nagħmel.

 

Se ninforma lil Pulizija. Dawk l-placards propjetà tiegħi.

 

Issa jew il-Pulizija jieħdu passi kontra min ħadhom jew jekk jgħiduli li ma jistgħu jagħmlu xejn ikolli nifhem li anke jekk jitnehhew l-placards tal-klikka ta Daphne u jitnaddaf l-monument tal-Assedju l-Pulizija ma jkunu jistgħu jagħmlu xejn.

 

Joe Zammit McKeon

 

Is-sentenza ridikola ta’ Zammit Mckeon kienet dwar tindif tal-monument minn ħaddiema tal-Public Works.

 

Jien persuna privata u ma nahdimxe mal-gvern. Jekk l-Pulizija se jgħiduli li jistgħu ineħħu tiegħi mbagħad jien nista’ nneħħi tagħhom.

 

Komplu segwuni f’din  l-kampanja favur l-għaqda u kontra l-firda.

 

L-appogg u l-għajnuna tagħkom importanti. Din il-ġlieda hija tagħna lkoll.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *