Erġajt ġejt neżerċita d-dritt tal-libertà tal-espressjoni fuq l-monument tal-Assedju fil-kampanja tiegħi u tagħkom biex dan il-monument nazzjonali jerġa’ jsir tagħna lkoll.
Skond is-sentenza tal-Imħallef Zammit Mckeon, jekk il-klikka ta’ Daphne għandhom dritt ipoġġu placards fuq il-monument, mela jien għandi l-istess dritt u kulħadd għandu dritt.
Kif wegħdtkom, se nippersisti. Jeħduhom? Nerġa’ niġi npoġġi oħrajn.
Ġejt hawn biex infakkar kif is-sinjura Caruana Galizia mhix l-eroj li jippruvaw ipinġuha l-klikka żgħira li jappoġġjawha iżda hija sinonima ma każ ta’ evażjoni ta’ taxxa, każ ta’ vjolenza domestika u kitbiet ta mibegħda kbira.
Importanti li ningħaqdu bħala Maltn u ma nħallux individwi diviżivi jifirduna.
Favur l-għaqda u kontra l-mibegħda.
Segwu l-filmat