Search
Close this search box.

Live mill-Qorti – Kawża Vitals

Neville Gafa

~ 17 hours ago

Live mill-Qorti – Kawża Vitals

Kawża differita għas- 27 ta’ Diċembru 2024.

 

 

Xehed ukoll Anthony Cachia, ex direttur ġenerali tad-dipartiment tal-kuntratti.

 

Il-prosekuzzjoni titlob lix-xhud jispjega d-differenza bejn kuntratt normali u Public Private Partnership.

 

Cachia jispjega  li kuntratt normali huwa ftehim biex jingħata servizz filwaqt li PPP tinvolvi riskju għas-settur privat u l-ħlas tagħhom jiddependi fuq it-twassil ta’ tragwardi kuntrattwali rilevanti.

 

Wara aktar mistoqsijiet dwar l-involviment tad-dipartiment tiegħu fil-konċessjoni tal-isptarijiet, ix-xhud ikkwota dak li qal fix-xhieda preċedenti f’seduta oħra. Qabel bidla fil-leġiżlazzjoni fl-2016, id-dipartiment ma kienx involut fi proċessi ta PPPs, inkluż ukoll il-konċessjoni tal-isptarijiet. Kompla jispjega li d-dipartiment sa dak iż-żmien kien jinvolvi ruħu biss jekk xi ħadd jitlob parir dwar kif għandu jitwettaq il-proċess.

 

 

Aktar qabel;

 

Titla’ tixhed Bernice Bugeja, financial controller. Qed titlob il-qorti sabiex tippreżenta fatturi f’seduta oħra għall-fatt li għadd minnhom huma relatati ma inkjesti magisterjali oħra.

Il-Qorti ordnat sabiex jiġi ippreżentati dawk il-fatturi relatati ma dan il-każ fis-seduta li jmiss.

 

 

 

Aktar qabel:

 

Seduta oħra relatata mal- kawża tal-isptarijiet.

 

Sam Sittlington

 

Fis-seduta tal-lum kellu jitla’ jixhed Sam Sittlington iżda ma tfaċċax fl-awla.

 

Il-prosekuzzjoni infurmat lil qorti li l-espert forensiku ma setax jattendi. Tressaq ukoll rikors f’ismu sabiex ikun jista jixhed b’mod virtwali.

 

Il-kawża ġiet sospiża għal ftit minuti sabiex id-difiża tiddiskuti dan ir-rikors.

 

Titkompla s-seduta.

 

Id-difiża tgħarraf lill-qorti li se tippreżenta r-risposta tagħha bil-miktub f’seduta oħra.

 

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *