Toni Bezzina kien wieħed mil-midluka ta’ Lawrence Gonzi u li bihom farrak il-Partit Nazzjonalista.
Mil-2013 akkumula kollezzjoni ħelwa ta skandli ġmielhom.
Fl-2013 kien involut fl-iskandlu meta bagħat ħaddiema tal-Public Works fil-każin tan-Nazzjonalisti taż-Żurrieq u wara qabbadhom jagħmlu affidavit falz bil-ġurament biex mingħalih ma jinqabadx.
Fl-2016 mbagħad prova jdawwar lira meta applika biex jiżviluppa sit ODZ taħt ir-rih tal-Mdina. Tant qamet kontroversja kbira li kien irtira l-applikazzjoni.
Arnold Cassola qatt m’ għamillu lmenti. Kieku kien deputat Laburista kien jifqgħu bir-rapporti.
Il-karriera tal-iskandli ta’ Toni Bezzinna kompliet bl-iktar wieħed riċenti dak li ma jersaqx lejn l-post tax-xogħol mal-gvern.
Hemm politiċi li jiżbalja darba. Kulħadd uman u jista’ jiżbalja.
Imma mbagħad hemm min jagħmel karriera ta’ skandli bħal Toni Bezzina, l-perit taż-Żurrieq.