Wara li l-bieraħ poġġejt placards fuq il-Monument tal-Assedju l-Kbir, meta dalgħodu mort fuq il-post sibt li għal darba oħra reġgħu insterqu.
Għamilt rapport l-għassa tal-pulizija tal-Belt Valletta. Minn naħa tagħhom il-pulizija ikkoperaw miegħi u qed jinvestigaw.
Nirringrazzja lill-Pulizija tal-Belt għal mod kif qed jittrattaw ir-rapporti tieghi.
Bħal ma diġà għidt, dawk li qed jisirquli l-placards se jinqabdu.
Sadanittant, il-lejla erġajt ġejt neżerċita d-dritt tal-libertà tal-espressjoni fuq l-monument tal-Assedju fil-kampanja tiegħi u tagħkom billi poġġejt placards ġodda. Placards li jixhdu minn verament kienet Daphne Caruana Galizia. Persuna sinonima ma każ ta’ evażjoni ta’ taxxa, każ ta’ vjolenza domestika u kitbiet ta mibegħda kbira.
Nitlobkom tagħtuni l-appoġġ f’din il-“Kampanja Innaddfu l-Monument” sabiex ma jibqax maħtuf minn klikka ta’ nies li jaħsbu li huma ta’ xi razza superjuri. Għax il- Monument tal- Assedju l-Kbir huwa tagħna lkoll.
Favur l-għaqda u kontra l-mibegħda.
Segwu l-filmat 👇
1 Comment
The Real Person!
The Real Person!
B liema dritt ikkapparaw monument ta’ nies qalbiena li carcru demmhom ghas sewwa?