Search
Close this search box.

Is-sitwazzjoni attwali

Neville Gafa

~ 8 hours ago

Is-sitwazzjoni attwali

Ħafna staqsewni x’ naħseb fuq li qed jiġri.

 

Kelma waħda. Dispjaċut.

 

Dispjaċut għal Laburisti. Dispjaċut għal Gvern. 

 

Dispjaċut ukoll għal Clayton għax jien mhux wieħed minn dawk li narmi n-nies.  Rajt biżżejjed manuvri, li sofrejt minnhom jien ukoll, li jpinġuk bħala xi mostru u wara żmien toħroġ il-verità li kienet kollha storja mġebbda.

 

 

Nittama li Clayton jirnexxielu jirbaħ dan il-maltemp u jirritorna. Personalment naħseb li r-riżenja tiegħu minn Ministru kienet aktar minn biżżejjed u li konna tgħallimna mill-froġa li saret dwar Rosianne.

 

Tafu x’ jimlini saħħa bħal dalgħodu? Il-ħdura ta’ nies bħan-Nutar tal-Kurja li jogħxa fil-mibgħeda lejna l-Laburisti.

 

 

Kun af Sur Nutar tal-Kurja li jekk qatt xi darba nkunu se naqtgħu qalbna, kemm inħarsu lejn wiċċek u niftakru għaliex ma rridukomx qatt aktar fil-Gvern.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *