Il-PN dejjem uża lil Karl Gouder għax kien yes man

Neville Gafa

~ 3 months ago

Il-PN dejjem uża lil Karl Gouder għax kien yes man

Nerġa’ nagħti l-kondoljanzi però ma nistax ma nweġibx l-arroganza tal-PN li qed jakkużaw lilna tal-Partit Laburista li qed nużaw l-mewt ta’ Karl Gouder għal skopijiet politiċi.

 

Min jagħmel dak li għamel Bernard Grech ma jixraqlux ikun fil-politika għax ikun vavu u bla rġulija. Ma jafx xi tfisser  kunfidenzjalità.

 

Min jistieden lil xi ħadd għal kafe u wara jmur jgħid dak li ingħad lil Pulizija ma jixraqlux jokkupa karigi.

 

Imma jekk hawn partit li uża lil Karl Gouder f’ħajtu u f’mewtu dan huwa l-PN.

 

F’ħajtu użah għax yes man. Dan qatt ma rnexxa f’xejn u qatt ma ġie elett, tant li kellu jiġi co-opted darbtejn. Dik meritokrazija!

 

Jibqa’ l-art u jikkoptjawh.

 

Karl Gouder kien preżenti fit-telfiet kollha tal-PN.

 

 

Il-PN dejjem għabbihom b’ piżijiet li kienu tqal wisq għalih u din tas-Segretarju Ġenerali kien toqol kbir. Karl peress li yes man ma kienx jaf jgħid le! U l-partit baqa’ jgħabbilu l-piż.

 

Min użah lil Karl Gouder sinjuri tal-PN?

 

Xi ħadd fil-PN ta’ kaz jekk Karl Gouder kienx imdejjaq, kien mtaqqal?

 

Fejn kontu tal-PN  fil-ġranet qabel Karl neħħa ħajtu b’idejh?

 

U użawh anke f’mewtu. Filwaqt li nifhem sogħba u dieqa però li bniedem ineħħi ħajtu b’idejh u jiġi preżentat qisu xi eroj, huwa insult għal dawk li ma jċedux.

 

Karl Gouder li sfortunatament ceda taħt pressjoni ġie pinġut qisu xi eroj,  u dan meta każijiet ta’ suwiċidju s-soltu lanqas jiġu rappurtati!

 

Iżda tal-PN huma ta’ wara Alla u allura jistgħu kollox. Minflok żammewx profil baxx dwar każ ta’ suwiċidju,  ntefħuha kemm felħu.

 

Min użah lil Karl Gouder f’ħajtu u f’mewtu?

 

Solidarjetà mal-Prim Ministru, kontra t-tax evader li ried idaħħlu f’nassa.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *