Issir ħafna kritika lil Gvern dwar nuqqas ta’ infurzar fejn tidħol kaċċa u insib. Dan mhux vera għax l-Gvern qed jimxi b’serjeta’.
Kont mistagħġeb b’dak li sirt naf riċenti minn persuna qrib l-Birdlife li b’ għajnejn ta’ seqer nduna b’dak li lil ħafna qed jaħarbilhom.
Sa ftit ilu t-Taqsima tal-Administrative Law Enforcement tal-Pulizija kienet immexxija mill-ispettur Alex Miruzzi. Din it-Taqsima tinforza l-liġijiet tal-kaċċa u insib.
Iżda ġara li xi erba’ snin ilu wara li laħaq avukat dan Alex Miruzzi telaq mil-Korp u beda jaħdem bħala avukat.
Mintomx ser temmnu liema kawżi beda jiddefendi.
Ikkonfermajt minn sorsi oħra li fl-aħħar snin dan sar c-champion tal-kawżi tal-kaċċa w l-insib jiddefendi n-nies kontra l-Pulizija ta’ taqsima li sa ftit qabel hu kien imexxi.
Jekk dan mhux kunflitt ta’ interess!
Ikollom raġun jekk tal-Birdlife jilmentaw fuq din is-sitwazzjoni minflok jipprotestaw kontra l-gvern.
Aktar informazzjoni qed tidħlilha.
Se nkomplu naġġornawkim fuq dan il-kunflitt ta’ interess li wkoll huwa daqqa ta’ ħarta lil Korp tal-Pulizija.