Il-Partit Nazzjonalista wara l-attentat tiegħu biex iħammġu lil Ministru Clint Camilleri, issa ivvintaw storja – din id-darba jipprovaw jimplikaw lil mart il-Ministru fi storja bla ebda fatti u bla ebda sens. Biex tgħaxxaq, irrepetiha dalgħodu ukoll Bernard Grech!
Li insew huwa li Transport Malta f’Għawdex titmexxa minn Ruben Said, ħu l-Membru Parlamentari Chris Said tal-ganga, fil-kariga ta’ senior manager meta dan għandu skola ta’ xejn!
Mhux hekk biss, Said kien diġà ġie sospiz wara li kellu każ il-qorti wara allegatament kien involut fi ġlieda fil-każin tal-football tan-Nadur.
Sussegwentement ġie re integrat fil pożizzjoni wara li ma kienx instab ħati li agredixxa lil kuġinuh.
Issa, fid-dawl ta’ dawn l-allegazzjonijiet, Transport Malta ser terġa’ tissospendi lil Ruben Said bħala s-Senior Manager ta’ Transport Malta f’Għawdex?
Wara kollox, dawn l-akkużi qed isiru mill-kap tiegħu stess!