Dr. Frank Anthony Tabone kien dak il-Fizzjal li ħareġ bl-idea li ssir tfittxija fid-dar ta’ Joseph Muscat.
Għaddew bosta jiem li dan is-sit żvela din l-istorja, però Dr. Tabone baqa’ ‘lost in action’ u ma ċaħad xejn.
Dr. Frank Anthony Tabone kien Full Time u jaħdem Office Hours bħala Fizzjal fil-Korp, u fl-istess waqt kien jattendi l-Università għal kors Full Time tal-Liġi.
Dan anke meta qabel tibda kors full time, l-Università ta’ Malta ġġiegħlek tiffirma u tiddikjara li m’ għandekx impjieg full time.
Bħal San Ġorġ Preca, Frank Anthony Tabone għandu l-abbiltà divina li jkun f’żewġ postijiet differenti fl-istess waqt. Mhux ta’ b’ xejn għadu kemm ġie approvat bħala Kandidat tal-Partit Nazzjonalista fuq it-Tlettax – il Distrett Elettorali, għax miraklu jrid ikun biex il-PN jirbaħ l-Elezzjoni Ġenerali li jmiss!
Allura l-poplu qed jistaqsi kif jista’ jkun dan?
Frank Anthony Tabone iffirma dikjarazzjoni falza sabiex jiġi aċċettat għal-kors tal-Liġi mill-Università ta’ Malta?
L-Università kienu konxji li Frank Anthony Tabone kien Fizzjal fil-Korp tal-Pulizija u ddeċidew jgħalqu għajnejhom?
Il-Korp tal-Pulizija ħareġ permess lil Frank Anthony Tabone sabiex jattendi għal kors Full Time l-Università?
Is-sigħat li qatta’ l-Università, ġew imnaqqsa mill-‘Leave’ ta’ Tabone?
Tul is-snin kollox tal-Kors, Frank Anthony Tabone baqa’ jibbenefika minn paga sħiħa daqs li kieku kien qed jidħol għax xogħol fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija jew fil-binja tal- FCID f’ Santa Venera?
1 Comment
Dak li jigri meta jkollok ministru tal Puluzija bhal Byron Camilleri…….. Ministru INKOMETENTI w ma jismghax min nies…