Id-diskors tal-bieraħ tal-President ta’ Malta beda tajjeb ħafna u spiċċa tajjeb ħafna għax kien jidher miktub biex jagħmel analiżi tal-50 sena Repubblika.
Iżda f’ mument minnhom f’ nofs id-diskors xi pinna oħra daħħlet parti li ma kellha x’ taqsam xejn. Kumment dwar il-Kummissarju tal-Istandards li jiġġudika b’ mod assolut lil Clayton Bartolo u Clint Camilleri mingħajr ma semmiet isimhom.
Il-President stess donnha nħasdet bir-reazzjoni tal-uċuh li kien hemm quddiemha u ftit wara bdiet tiddevja mid-diskors miktub biex tipprova tinġabar mal-Gvern.
Jien ma nafx min kiteb din il-parti iżda ma niskanta xejn bis-sriep li għandha madwarha.
Illum se nibda nesponi wieħed minnhom.
Tafu min hu il-Public Relations Executive tal-President?
Matthew Mamo. Isem li forsi għal ħafna ma jfisser xejn iżda li kif taraw ritratt tiegħu tiftakruh bħala ġurnalist tan-Net jiġri wara Joseph Muscat.
Wara Net mar fil-każin tar-Repubblichini tal-RTK. Forsi kien in-Nutar tal-Kurja li taha parir tinkludih?
Niftakar sew lil Matthew Mamo jikkummenta fuq Facebook bi ħdura kontra Joseph Muscat, Robert Abela u l-Partit Laburista.
Mort infittixhom iżda ħassarhom. Xorta sibt xi affarijiet interessanti li juri l-ħdura li għandu għalina l-Laburisti il-Public Relations Executive tal-President proposta minn Gvern Laburista.
1 Comment
U inti ghalxiex tahseb li giet accetta.hi U mhux l ex Kummissarju Dalli? cara daqs IL Kristal ghax zgur Dr. Dalli ma kienet taccetta qatt li tinzel ghal.dan.il.livell Ii taccetta X jiktbulha U li taccetta certu imbarazz bhal Dan li.kiteb id diskorsfl ufficcju taghha