Wara li l-Ħadd li għadda dan is-sit żvela kif l-ex Supretendent Frank Anthony Tabone kien ‘Full Time’ u jaħdem ‘Office Hours’ bħala Fizzjal fil-Korp, u fl-istess waqt kien jattendi l-Università għal kors ‘Full Time’ tal-Liġi, dan is-sit jinsab f’pożizzjoni li jesponi Fizzjal ieħor fil-Korp tal-Pulizija li mxiet fuq il-passi ta’ ex kollega tagħha fi ħdan il-Financial Crime and Investigation Department (FCID).
Dan is-sit jista’ jiżvela li bħal San Ġorġ Preca u Frank Anthony Tabone, Alessandra Mamo, ex Deputat Kummissarju tal-Pulizija, għandha l-abbiltà divina li tkun f’żewġ postijiet differenti fl-istess waqt.
Dan għall-fatt li bħal Frank Anthony Tabone kienet ‘Full Time’ u taħdem ‘Office Hours’ bħala Fizzjal fil-Korp, Head tal- Financial Crime and Investigation Department, u fl-istess waqt kienet tattendi l-Università għal kors ‘Full Time’ tal-Liġi.
Imbierka s-Sappjenza t’ Alla‼️
Dan is-sit se jkun qed jidħol f’aktar dettalji fl-artikli sussegwenti.