Dalgħodu qrajt l-editorjal ta’ Saviour Balzan mil-Maltatoday u filwaqt li naqbel ma xi affarijiet li kiteb ma nistax naqbel f’kollox.
Jgħid li l-Maltatoday kienet kitbet dwar l-konnessjoni bejn Aliyev u Giglio. Meta għamilt Google search ma sibt xejn. Il-Maltatoday segwiet l-istorja dwar Aliyev diversi drabi iżda waqfet hemm. Il-konnessjoni ta’ Giglio, l-istorja tan-number plate u transazzjonijiet suspettużi minn Giglio u martu qatt ma ġew rappurtati mil-Maltatoday.
Id-domanda tqum waħedha : jekk din l-informazzjoni dwar Deputat Parlamentari ilha f’idejn l-Maltatoday, għaliex qatt ma nħarġet?
Hija informazzjoni fl-intetess pubbliku dwar Deputat Parlamentari.
Deputati Laburisti jiġu msawta waqt li Deputati Nazzjonalisti jgħattulhom!
Dan is-sit se jkompli joħloq bilanċ billi jesponi politiċi u Deputati Nazzjonalisti.