Dan huwa Andrew Borg Cardona, magħruf bħala l-boċċa. Jippontifika ruħu bħala l-paladin tal-politika onesta.
Dan l-aħħar, il-boċċa għandu xogħol ġdid. Jippasiġġa fi Triq ir-Repubblika l-Belt Valletta, biex jara jekk jien poġġejtx placards ġodda fuq il- Monument tal-Assedju l-Kbir.
Sur boċċa, għalkemm tkun bil-ġlekk u l-ingravata, xorta narawk.
Iżda ejjew niġu għad dunque.
Mela fil-jiem ta’ qabel, bħal ma tafu, poġġejt fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir placards li jfakkru l-memorji tal-mibkija Karen Grech u Raymond Caruana. Żewġ persuni li ma kienux kattivi u qatt ma xerrdu l-mibegħda bħal Daphne Caruana Galizia.
Iżda, f’kumment fuq Facebook, Andrew Borg Cardona iddeskriva dawn l-placards bħala ĦMIEĠ ‼️
Araw il-ħdura li għandu f’qalbu.
Għal Andrew Borg Cardona, il-boċċa, placards ta’ Karen Grech u Raymond Caruana huma ĦMIEĠ.
Inħalli f’idejn il-poplu jiġġudika min hu ħmieġ.
Sadanittant, Il-lejla, dawn il-marmalja se jiltaqgħu quddiem il-monument biex ifakkru lil Daphne Caruana Galizia, mara li kienet akkużata bi vjolenza domestika, evażjoni tat-taxxa u kienet blogger li xerdet il-mibegħda.
Bħas-soltu, il-placards tiegħi reġgħu insterqu, u għall-awtoritajiet qisu ma ġara xejn. Għax il-klikka ta’ Daphne protetti u għandhom dritt jarmu l-placards tiegħi. Però intom u jien Le.
Il-Monument tal-Assedju l-Kbir huwa tagħna lkoll. Jgħaqqadna mhux jifridna.
Daphne tfisser firda u mibegħda.